L-Għażla Preferenzjali tal-Fqar u l-Vulnerabbli

6. L-Għażla Preferenzjali tal-Fqar u l-Vulnerabbli

Jgħidu li l-aktar mod faċli biex naraw l-umanita’ hijiex miexja tajjeb, huwa billi mwieġbu l-mistoqsija: ‘Kif qed jgħixu dawk il-membri l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta’ tagħna?’ Fl-istorja tal-aħħar ġudizzju (Mt 25) Ġesu’ għallimna li rridu npoġġu l-bżonnijiet tal-fqar u l-vulnerabbli l-ewwel. Din hija s-sejħa tagħna l-Insara. Il-Ġid Komuni jirrikjedi li l-fqar ikunu protetti, għax inkella s-soċjeta tinkiser u kulħadd ibati. Il-Fqar jistħoqqilhom rispett, li d-drittijiet tagħhom ikunu mħarsa u opportunitajiet biex jipparteċipaw fil-ħajja tas-socjeta’. Fi kliem ieħor jisħoqqilhom il-ġustizzija.

Laqgħat marbutin ma' dan il-prinċipju:

Sejjer nixtri

X'hemm x'niekol?

Mela jien iswed?

Lura għal Homepage

facebook youtube twitter flickr