Għat-Tfal u għall-Kbar

GĦAT-TFAL U  GĦALL-KBAR

Paġna maħsubha minn Claudia Cini

 

U qal Alla:  “Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru u bhejjem selvaġġi.  U hekk sar. (Ġen. 1:24)

NIFHMU AĦJAR IL-KOBOR T’ALLA: 

In-numru ta’ tipi differenti ta’ annimali huwa kbir ħafna u żgur li ħadd ma jaf kemm-il speċi jeżistu, iżda Alla jaf.  Kull ħlejqa ħalaqha bil-ħsieb u żejjinha b’dak kollu li teħtieġ biex tgħix komda fl-ambjent li għoġbu jpoġġieha fih.  Dan jissejjaħ ‘l-istint’, li jgħinha kif għandha taġixxi f’kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha.

In-nannakola:

  • teżisti f’madwar 5,000 speċi madwar id-dinja
  • hi ta’ lewn ħamrani (l-aktar komuni), safrani jew oranġjo b’tikek suwed fuq ġwenħajha
  • teżisti wkoll ta’ lewn iswed, griż, kannella u saħansitra roża u xi wħud minflok tikek għandhom strixxi
  • hi kkusidrata bħala nsett ta’ għajnuna għaliex tgerrex u tiekol l-insetti żgħar li jagħmlu l-ħsara lill-prodotti agrikoli
  • titfa’ likwidu safrani (demm) mill-ġogi ta’ saqajha li jintiehem ħażin mill-insetti u mill-għadu tagħha
  • il-kulur u d-disinn tagħha ifakkar lill-insetti u lill-għadu fit-togħma ħażina u b’hekk ma jersqux lejha
  • tikber bejn millimetru u ċentimetru, skont l-ispeċi
  • ixxomm, ittihem u tħoss madwarha permezz tal-antenni
  • tuża’ is-sitt saqajn tagħha mhux biss biex timxi, imma wkoll biex ixxomm
  • għandha żewġ għajnejn imma tara biss dawl u dlam
  • iddaħal rasha ġo speċi ta’ ras oħra li għandha biex tistaħba
  • tgħix bejn sena u sentejn li fihom tiekol ‘il fuq minn 5,000 insett
  • tħobb tgħix f’kolonji speċjalment meta jiksaħ it-temp
  • torqod matul ix-xitwa u tħobb issib il-kenn fid-djar tan-nies
  • tbid mall-1000 bajd tul ħajjitha
  • tiekol lil sħabha biex tibqa’ ħajja jekk ma ssibx ikel
  • aktar ma tixjieħ aktar tiċċara fil-kulur
  • għal bidu tas-seklu 19 ġiet impurtata mill-Awstralja lejn l-Amerika biex issalva ġonon sħaħ tal-frott
  • l-għedewwa tagħha huma l-għasafar, in-nemel kbir u nsetti kbar oħra
  • hija waħda mill-ftit insetti li ma tantx jitqażżeż il-bniedem, anzi jiggustha

 

 

Kurżità:

Veru lin-nannakola ilha meqjusa sagra sa mill-eqdem żminijiet?

Il-leġġenda tgħid li fl-Ewropa fil-Medju Evu, l-għelieqi kienu nfestati bl-insetti li bdew jeqirdu l-uċuh tar-raba.  Il-bdiewa talbu lill-Verġni Marija biex teħlishom minnhom.  Fi żmien qasir fuq l-uċuh tar-raba bdiet tidher in-nannakola li qerdet l-insetti u salvat il-prodotti.  Il-bdiewa xebbhu n-nannakola ma’ ħanfusa (beetle) u bdew isejħulha Lady Beetle.  Fl-Ingilterra l-isem inbidel għal Ladybird u fl-Amerika għal Ladybug.  Fil-Ġermanja jsejħulha Marienkafer li tfisser Ħanfusa ta’ Marija.  In-nannakola ta’ seba’ tikek kienet l-ewwel li ssemmiet għall-Madonna għaliex it-tikek ġew imqabbla mas-seba’ duluri tagħha.  F’ħafna pajjiżi hi meqjusa sagra u li ġġib il-fortuna.

 

 

Logħba:  Għaqqad l-isem tal-kulur man-nannakola tal-istess kulur billii tagħmel linja bir-riga.  Liema hu l-kulur iż-żejjed?  Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirizz: 

RM 2000 - Kompetizzjoni tat-Tfal  No. 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar  NXR 2067. 

Ir-rebbieħ/a jirbħu _________________

                                                                       

       BLU       ROŻA

       ORANĠJO    VJOLA

       ĊELESTI       GRIŻ

       AĦMAR       AĦDAR

       ISFAR       ABJAD

 

 

 

 


Back to overview

facebook youtube twitter flickr