Talba Differenti

TALBA DIFFERENTI

Mulej, għinni niftakar…

…li dik il-karozza li ħarġet sparata quddiemi minn side-street tard filgħaxija, tista’ tkun xi omm ta’ familja ħierġa mgħaġġla minn ġurnata twila x-xogħol. Forsi kienet mgħaġġla biex tmur id-dar tħejji l-ikel, tgħin lit-tfal fix-xogħol tal-iskola, taħsel il-ħwejjeġ u forsi ssib ftit ħin prezzjuż xi tqatta’ ma’ wliedha.

…li dak il-ġuvni kollu tpinġija u msielet, jista’ jkun sempliċi student imħasseb dwar l-istudji tiegħu jew ħaddiem ifittex xogħol biex jgħin lil missieru marid.

…dak ir-raġel xiħ, żdingat li kulħadd qed jitqażżeż, jittallab fuq bankina u li jmissu jsib xogħol, jista’ jkun vittma ta’ inġustizzja li tefgħatu ġo vizzji li kissruh.

…li dik il-mara anzjana timblokkali t-triq bejn l-ixkafef ta’ supermarket, tkaxkar saqajha bilkemm tiċċaqlaq quddiemi, forsi qed tipprova tgawdi dan il-mument kemm tista’ għax taf li, skont it-tabib, fi ftit xhur oħra se tispiċċa f’wheelchair.

…li mir-rigali kollha li tagħtina, l-akbar rigal huwa dak tal-imħabba.

Għinni nħobb u mhux niġġudika, nahder u mhux nikkundanna, nirrispetta mhux inkun preġudikat. Għallimni nħares taħt il-qoxra u ma niqafx fuq dak li nara minn barra. Għinni nara li hemm ġew, taħt dak li nara, hemm persuna li għandha storja.

Għinni nkun ġentili fi ħsiebi u f’imġibti ma’ kull min niltaqa’ u niftakar li huma wkoll qed jissieltu mal-ħajja bħali.

Ammen


Back to overview

facebook youtube twitter flickr