L-ommijiet u l-missirijiet żgћażagћ li jaћdmu

Image from more4kids.info

L-ommijiet u l-missirijiet żgћażagћ li jaћdmu

Forsi inti taћdem mhux gћax sempliċeiment trid taqla` x'tiekol imma gћax gћandek id-dejn fuq id-dar... jew gћax tixba` il-ћin kollu ġewwa... jew gћax tixtieq tagћti kontribut lis-soċjetà.

Hi x'inhi r-raġuni, jidhirli li tkun ћaġa tajba ћafna meta l-ġenituri jagћmlu ċerti konsiderazzjonijiet jew mistoqsijiet qabel ma jiddeċiedu kif u minn min se jsir ix-xogћol ta` barra mid-dar u x-xogћol fid-dar meta jiġu t-tfal fid-dinja. Xi eżempji ta` mistoqsijiet jistgћu ikunu dawn:

  • Kif se niżgura li qed inqatta` ћin biżżejjed ma` uliedi kemm bћala omm/missier u anki bћala familja?
  • Nistgћu nsibu arranġament bejnietna bћala koppja biex inrabbu t-tarbija bejnietna?
  • Hemm xi drittijiet li jagћtini l-kuntratt tax-xogћol li m'inix nuża?
  • It-tarbija jew it-toddler hija lesta gћal ċertu ammont ta` sigћat f'day care centre?
  • In-nanna tiflaћ tieћu ћsieb it-tarbija gћal ċertu tul ta` sigћat?
  • Jista` jkun li -tfal se jkollhom iqumu wisq kmieni jew jaddattaw wisq gћat-time-tables tagћna?
  • Jista` xi ћadd minna juża xi sigћat mill-leave biex il-ġenitur l-ieћor ikun jista` jaћdem jew biex jitqatta` aktar ћin mat-tfal jew biex ikollna inqas gћaġġla fil-gћodu?
  • Jista` jkun li jkun aћjar jekk gћas-snin li ġejjin xi ћadd mill-koppja jieqaf/inaqqas mix-xogћol jew jaћdem biss part-time?
  • Jekk xi ћadd parental leave ta sena u qed j/tixba d-dar tista` l-koppja tinkludilu/ha xi passatemp fit-time-table tal-familja?
  • Forsi aћjar naћdem 20 siegћa flok 40 imma jkollok inqas stress u aktar kwalità fir-relazzjonijiet?

Meta d-deċiżjonijiet jittieћdu bћala familja u l-bżonnijiet ta` kulћadd ikunu ikkunsidrati hemm inqas ċans li tisma` l-frażijiet "u gћax int dejjem gћajjiena!" "u int qatt ma tifhimni" jew " u int qatt m'gћandek ћin biex tismagћni."

Meta l-mistoqsijiet li jsiru fl-ewwel snin tat-trobbija bћal "gћandix innaqqas jew nieqaf mix-xogћol?" "kif se nqassam ix-xogћol tad-dar u kemm se nqatta` ћin nilgћab ma` uliedi?"  isiru kemm mill-omm u kemm mill-missier hemm aktar ċans li l-koppja ikunu kuntenti bejniethom gћax ikunu qed iġorru l-piż tal-familja flimkien u mhux l-istress jintefa` iktar fuq naћa waћda tal-koppja.

Kemm hi xi ћaġa sabiћa meta l-omm toћroġ taћdem gћax temmen li dan hu ta` ġid gћall-familja kollha u u mhux gћax il-Gvern iћeġġeġ lin-nisa jaћdmu biex l-ekonomija timxi `l quddiem jew gћax gћandna l-inqas statistika ta` nisa li jaћdmu fl-Unjoni Ewropea.

Kemm hi xi ћaġa sabiћa meta l-missier ikun raġel biżżejjed li hu wkoll ikun lest li jagћmel tibdil f'ћajtu bћal inaqqas mis-sigћat tax-xogћol jew jagћti sehemu aktar fid-dar jew jinvolvi aktar ruћu fit-trobbija u l-edukazzjoni ta` l-ulied.

Meta d-deċiżjonjiet li nieћdu tat-tqassim tax-xogћol (anki ta` passatempi, volontarjat jew involviment f'xi gћaqdiet) jikkunsidraw il-ġid kollu tal-familja aktar hemm ċans li mhux biss neżistu imma wkoll ngћixu u ngawdu l-imћabba ta` xulxin.

 

Suzanne Vella

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Flimkien.

 

 

 

facebook youtube twitter flickr