Talb on-line… gћaż-żgћażagћ u dawk li jaћdmu magћhom

image from www.whegroup.com

Talb on-line… gћaż-żgћażagћ u dawk li jaћdmu magћhom

 

Il-Kompjuter!!… xoghol biss? Jew divertiment biss? Qatt hsibt li tista’ titlob anke bil-kompjuter jew b’mezzi teknoloġiċi oħra? Hawn qed nagħmlu ftit suġġerimenti ta’ kif tista’ tagħmel dan. Hemm ukoll xi siti li fihom riżorsi xi ftit mhux tas-soltu li tista’ tużahom fil- youth groups jew fil- klassi…

 

 

SACRED SPACE - www.sacredspace.ie

Din hija sit popolari ћafna li toffri talba gћal kuljum billi tqatta` gћaxar minuti qudddiem il-komputer. Tista` tagћmilha bl-qiegћda quddiem il-komputer. L-idea hija li inti issib “spazju sagru” fil-ġurnata. Bl-gћajnuna ta` gwida ipprovduta fuq l-iskrin tiegћek u ta` silta mill-Bibbja din is-sit tista` tkun t’gћajnuna gћal min jixtieq jibda jitlob u ma jafx kif. Dan is-sit huwa offrut mill-Ġiżwiti ta` l-Irlanda.

 PRAY AS YOU GO - www.pray-as-you-go.org

Din il-paġna toffri:

a. talb gћal kuljum ta` madwar kwarta fuq MP3 player li jinkludi kemm kliem kif ukoll mużika. Kemm tiddownlowdjah u tisimgћu.

b. riflessjoni fuq il-ġurnata ta` madwar 8 minuti ukoll gћal fuq l-MP3. Fiha stedina biex iġġib quddiem gћajnejk il-ġrajjiet ewlenin tal-ġurnata flimkien ma` dak li ћassejt. L-idea hi li inti issir aktar konxju ta` kif Alla kien preżenti f’ћajtek dak in-nhar.

Dan is-sit huwa offrut mill-Ġiżwiti ta` l-Ingilterra.

 3-MINUTE RETREAT - www.loyolapress.com/3-minute-retreats-daily-online-prayer.htm

 Irtir ta` 3 minuti li jgћinek tiffoka fuq dak li huwa tassew important. Esperjenza ta` talb li tinkludi l-Bibbja, mużika u stampi. Dan is-sit huwa offrut minn Loyola Press.

 OTHER 6 - www.other6.com

Xi nies isibu lil Alla fil-Knisja kull nhar ta` Ħadd imma mhux dejjem faċli isibuh fis-sitt ijiem l-oћra tal-ġimgћa. F’dan is-sit sempliċi imma interessanti issib dak li jiktbu nies oћra fuq fejn isibu lil Alla f’ћajjithom jew fejn jixtiequ jsibuh. Forsi inti tista` tniżżel tiegћek ukoll…. Other 6 hija komunità Injazjana li tgћin biex dak li jkun jara lil Alla f’ћinijiet u okkażjonijiet differenti.

 HOW TO PRAY WITH ART - www.prayerwindows.com:

Din is-sit toffri istruzzjonijiet gћal kif titlob bit-tpinġija,  links gћal tpinġijiet u riflessjonijiet fuq l-arti u t-talb.  Dan is-sit huwa offrut mill-artist Bob Gilroy, S.J.

 CAFOD  - JUST ONE WORLD - www.cafod.org.uk/worship

Dan is-sit joffri riżorsi ta` talb u liturġija li jistgћ jintużaw fi gruppi taż-żgћażagћ jew skejjel:

a. gћal żminijiet partikolari fis-sena  bћar-randan, l-avvent, etc

b. fuq temi partikolari bћall-faqar, l-ambjent, il-kunflitti, il-business, it-tama u l-fair trade

 Dan is-sit huwa offrut mill-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales.

  DAILY PRAYER ON-LINE www.churchresources.info/pray/index.shtml

Fost affarjiet oћra din is-sit toffri suġgerimenti ta` talb fil-klassi gћal gћalliema ta` klassijiet tas-sekondarja (u anki primarja). Din is-sit hija offruta mill-Ġiżwiti Awsraljani. 

Dan l-artiklu ġie miġjub fuq r-rivista Flimkien. 

 

facebook youtube twitter flickr