St Aloysius College



Għeżież ġenituri/gwardjani, 

Nispera li tinsabu tajbin u li tħossukom kuntenti li t-tfal tagħkom qed jattendu l-Kulleġġ San Alwiġi. 

Min-naħa tagħna qed nagħmlu minn kollox biex it-tfal tagħkom jingħataw l-aħjar formazzjoni meħtieġa anke jekk stess f' kull bidu ta' sena akkademika ġdida jinqalgħu ċerti diffikulatijiet sakemm kulħadd iħossu f'postu/f'postha. 

Qed niktbilkom dwar Jum it-Twaqqif tal-Kulleġġ San Alwiġi (Foundation Day). 

Din hija attivista' li nfakkru kull sena. Fit-8 ta' Ottubru, 1907, il-Kulleġġ San Alwiġi fetaħ il-bibien tiegħu għal studenti subien f'Birkirkara. 

Biex niċċelebraw dan l-avveniment importanti ser issir quddiesa nhar l-Erbgħa, 8 ta' Ottubru, 2014 fis-Santwarju ta' Santa Tereża, Birkirkara fl-10am.

Din hija l-unika okkażjoni matul is-sena akkademika li fiha l-istudenti u l-istaff kollu tat-tliet skejjel ikunu flimkien. 

Nixtieq nistedinkom titolbu għalina minn djarkom jew il-post tax-xogħol tagħkom waqt li aħna nkunu qed nirringrazzjaw lil Alla ta' 107 sena ta' ħidma. 

Grazzi ħafna tal-appoġġ tagħkom u tal-kollaborazzjoni li nsibu fil-formazzjoni tat-tfal tagħkom. 

Inselli ħafna għalikom. 

Fr. Jimmy

-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Fr. Jimmy Bartolo sj

Rector

St. Aloysius' College

70, Old Railway Road,

Birkirkara BKR 1610

facebook youtube twitter flickr